Maħżen Poeżija għandu l-għan li jwassal il-poeżija Moderna u Kontemporanja Maltija għand udjenza usa’: minn studenti tal-iskola sa studenti ta’ livell ħafna iktar avvanzat, minn studjużi tal-ilsien Malti għal dawk li sempliċiment jieħdu pjaċir jaqraw bil-Malti u jixtiequ jsiru jafu iktar dwar kif it-tradizzjoni poetika qed tissawwar.
Raħal il-Letteratura huwa proġett pilota mtella' minn Fondazzjoni HELA (Hub for Excellence in the Literary Arts), li jimmira biex jiċċelebra l-letteratura u jippromoviha b'diversi modi fir-Rabat, Malta. Din l-inizjattiva mifruxa fuq tliet snin u ngħatat il-fondi tal-Premju tal-President għall-Kreattività u l-Kunsill Malti għall-Arti.
Forsi llum qbadt u tlajt sar-Rabat ħalli ddur ftit, tpassi ftit it-toroq dojoq u antiki, forsi anki tidħol f’xi knisja ... min jaf? U forsi wkoll tixtieq xi ħaġa differenti, xi ħaġa mhux tas-soltu. Ma nafx tħobbx il-letterattura ... u tgħid le? Min ma jħobbx xi rumanz tajjeb jew xi poeżija li tħallik taħseb. U mbagħaad meta jaqrahielek xi ħadd tinżel iktar għasel, mhux hekk? Ikolli nammetti li llum sibt xortik! Għax din is-sena Fondazzjoni HELA biex tiċċelebra Raħal il-Letteratura ħejjiet din il-mixja letterarja li tibd minn Foss tal-Imdina sa Ġnien Howard. Tulha, se jkollokom iċ-ċans iżżuru siti storiċi u tisimgħu siltiet jew poeżiji differenti marbuta ma’ postijiet fir-Rabat. Fost il-kittieba hemm Kilin, Lina Brockdorff, Clare Azzopardi, Loranne Vella u John Bonello biex inkun semmejt ftit. Il-ġeneri jvarjaw u f’din il-mixja letterarja hawn xi ħaġa għal kulħadd. Mela ... tlaqna? Nixtieqlek vjaġġ mill-isbaħ.