Maħżen Poeżija għandu l-għan li jwassal il-poeżija Moderna u Kontemporanja Maltija għand udjenza usa’: minn studenti tal-iskola sa studenti ta’ livell ħafna iktar avvanzat, minn studjużi tal-ilsien Malti għal dawk li sempliċiment jieħdu pjaċir jaqraw bil-Malti u jixtiequ jsiru jafu iktar dwar kif it-tradizzjoni poetika qed tissawwar.
Minbarra l-poeżiji nfushom, hawnhekk għandek issib il-qari ta’ wħud mill-poeżiji, kemm mill-poeti nfushom kif ukoll minn atturi, ritratti tal-poeti meħuda f’mumenti importanti f’ħajjithom, manuskritti, u anke artikli u intervisti mal-poeti.
Il-proġett għadu fil-fażi ta’ riċerka, u allura l-materjal hu biss kampjun rappreżentattiv tal-poeti Maltin u x-xogħlijiet tagħhom.