SimoneInguanez

1.

Bijografija

Simone Inguanez twieldet fl-1971 f’Bormla, belt fin-Nofsinhar ta’ Malta li Inguanez iddedikatilha ammont sostanzjali ta’ poeżiji, imma xirfet ukoll lil hinn fl-interessi professjonali u intellettwali tagħha, hi u tkompli tnaqqax il-ħin għall-espressjoni poetika fl-iskeda impenjata tagħha minn ġurnata għall-oħra.

Mur fil-biblijografija

Bis-saħħa tal-kompetizzjonijiet tal-poeżija organizzati lokalment, Inguanez ma baqgħetx iż-żagħżugħa mistħija li kienet, kif tistqarr hi stess. Meta kellha 14-il sena, hija bdiet tesperimenta bil-poeżija wara li rat eżempju ta’ “kolleġġjalità kommoventi”, kif tiddeskriviha hi b’mod affaxxinat, fit-tnedija ta’ proġett li kien involut fih missierha.

Il-kitba tal-ewwel poeżija għenet lil Inguanez toħodha drawwa li tikteb, u s-suċċess li bdiet tikseb fil-kompetizzjonijiet letterarji beda jgħinha tmur lil hinn mid-djarju, u eventwalment ġibdet l-attenzjoni tal-poeta u drammaturgu veteran, l-ikona letterarju Mario Azzopardi, li qabel li jippubblika wħud mix-xogħlijiet tagħha fil-magazin NEO.

Dan għenha ssib aktar ispirazzjoni mill-entitajiet lokali Inizjamed u PoeżijaPlus, fejn eventwalment kompliet ittejjeb ħilietha ma’ nies bl-istess passjoni, u b’aħbar tajba għal Inguanez, waħda minn dawn kienet il-poeta magħrufa Maria Grech Ganado, li mbagħad traduċiet xogħol Inguanez għall-Ingliż, f’volum bl-isem water, fire, earth and i (Inizjamed u Midsea Books, 2005). Din il-ġabra kienet it-tieni waħda f’sena importanti għal Inguanez, billi fiha ħarġet l-ewwel antoloġija tagħha, ftit mara ftit tifla (Klabb Kotba Maltin, 2005), li introduċiet dawk li kellhom ikunu l-faxxini rikurrenti f’kitbet Inguanez: it-tfulija, is-silenzju, il-memorji, ix-xewqa u l-ilma; temi li għall-poeta huma “elementari, fertili u ġenerużi”. Għażla eklettika bħal din hija bla dubju megħjuna mill-isfond akkademiku u professjonali varjat ta’ Inguanez. Wara li gradwat fil-liġi, il-forensika u l-psikoloġija, Inguanez bdiet tagħmel parti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti minn meta dan twaqqaf fl-2005. Fl-2007 kienet il-kittieba residenti fl-International Writers Programme f’Iowa.

Inguanez illum hija inkarigata mid-Diversità u l-Komunitajiet fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, u b’hekk il-maniġment fl-arti kellu rwol importanti f’ħajjitha għal dawn l-aħħar snin. Hija kariga li hi tgħid li għalfet lill-poeżija tagħha b’modi indiretti, għax għallmitha ssaħħaħ id-don kreattiv tagħha b’etika ta’ xogħol aktar dixxiplinata u sostenibbli.

Bijografija miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Tgħanniq Ieħor: Poeżiji mill-Iżolament

Poeżija
Malti
Editjar
Kit AzzopardiSimone InguanezJohn P. Portelli
Pubblikazzjoni
Inizjamed u Horizons, Malta

Il-Familja Frattarija u d-dar li tagħtas

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Simone Inguanez
Illustrazzjoni
Francesca Grech
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Għażla ta' poeżiji / Selection of poems

f'“Wara Settembru”
Poeżija
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Ana Pepelnik Maria Grech Ganado
Editjar
Immanuel MifsudPeter Semolič
Pubblikazzjoni
Antologie Vilenice, is-Slovenja

"Fersen foar dyn lege eagen"

"Versi għal għajnejk ċassi"
Poeżija
Olandiż
Kitba
Traduzzjoni
Hein Jaap Hilarides
Pubblikazzjoni
Ensafh, in-Netherlands

“Snapshots we weren’t shown before we arrived – For us, since we cried at some point” & “Lines for your vacant eyes”

fi “Transcript 38”
Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Transcript, Wales

Tibża' xejn jekk tibda x-xita

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Ftit mara ftit tifla

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

water, fire, earth and i

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Inizjamed u Midsea Books, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies