Carmel G.Cauchi

1.

Bijografija

Carmel G. Cauchi huwa awtur, poeta, u drammaturgu li kiteb xogħlijiet kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Ħass il-ġibda għall-kitba minn età żgħira. Xogħlijietu xxandru fuq ir-radju, u dehru wkoll fuq diversi ġurnali u rivisti lokali, fosthom is-Sagħtar u Xehda Għasel, kif ukoll fuq oħrajn internazzjonali. Fl-1986 ingħata l-premju prestiġjuż “Città di Valletta”. Cauchi huwa membru attiv tas-Soċjetà tad-Duttrina Kristjana (M.U.S.E.U.M), kif ukoll membru fl-Għaqda tal-Malti — Università, u l-Akkademja tal-Malti.

Mur fil-biblijografija

Cauchi twieled Birkirkara fl-1944, studja l-Liċeo u wara studja l-Kulleġġ tal-Għalliema San Mikiel, imnejn kiseb il-warrant ta’ għalliem. Għallem f’diversi skejjel primarji madwar il-gżira, u aktar tard laħaq assistent kap tal-Iskola Primarja Madonna tal-Minsija f’San Ġwann.

Rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb erba’ darbiet – fl-2002 u fl-2012 kiseb it-tieni post permezz ta’ xogħlijiet ta’ proża għat-tfal, filwaqt li fl-2006 u fl-2011 kiseb l-ewwel post fil-kategorija tal-Poeżija għat-Tfal u l-Proża għall-Adolexxenti, rispettivament. Għal ħames snin konsekuttivi kiteb l-iskritt għat-tfal tal-iskola primarja ta’ Birkirkara fil-Festival tad-Drama għall-Iskejjel, u fi tliet snin minnhom kiseb il-premju għall-aqwa skritt.

Minkejja li huwa l-aktar magħruf għall-kotba għat-tfal, jikteb ukoll għall-adolexxenti u għall-adulti. Ittraduċa diversi xogħlijiet għall-Malti mill-Ingliż u mit-Taljan, il-biċċa l-kbira tagħhom ta’ natura reliġjuża, bħal Don Bosco: il-Ħabib taż-Żagħżagħ (1989) u L-Anġli fil-Bibbja (2005). Fost il-kotba għat-tfal tiegħu nsibu diversi kollezzjonijiet tant maħbuba b’karattri bħal Pietru Pitravu, Betta Trombetta, Sardinellu, u Mastru Gerfex, flimkien ma’ stejjer, leġġendi, u avventuri oħrajn.

Kiteb diversi ġabriet ta’ novelli għall-adulti flimkien ma’ erba’ ġabriet ta’ poeżiji fosthom l-ewwel ġabra individwali tiegħu Passi fuq ir-Ramel (1983) li tiffoka fuq ir-relazzjoni tiegħu ma’ Alla, ommu, u nies oħra. Cauchi ħoloq ukoll il-kullana ta’ żewġ kotba, Stejjer għad-Diskussjoni (1996) u Stejjer Oħra għad-Diskussjoni (2010), li jinkoraġġixxu lill-qarrejja biex jimpenjaw ruħhom fir-riflessjoni u d-diskussjoni wara kull storja. Permezz tagħhom Cauchi jippreżenta lill-qarrejja diversi punti ta’ ħsieb marbuta ma’ kull storja. Ktieb ieħor fuq l-istess binarji huwa Pass Pass: Matul is-Sena (2019) li joffri riflessjoni għal kull jum tas-sena.

Cauchi għadu jikteb in-novelli u kotba tal-avventuri kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Jemmen fil-qawwa u l-arti tal-kitba u jħoss li sens qawwi ta’ osservazzjoni u ftit immaġinazzjoni huma l-ingredjenti ewlenin tal-kitba. Fil-fatt, dawn it-tnejn jinsabu fix-xogħlijiet ta’ Cauchi li, minkejja li sempliċi u bi stil ta’ konverżazzjoni bejn l-awtur u l-qarrejja, huma kollha minsuġa bi ħsieb u artistrija.

Bijografija miktuba minn Ruth Bezzina u maqluba għall-Malti minn Jean Paul Borg

2.

Biblijografija

Fil-Keffa tal-Miżien

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
BDL Publishing, Malta

Iċ-Ċurkett tas-Sultan Spiros

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Mastru Gerfex Rebbieħ Dejjem

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Rigal lil Samantha

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Lellux u Peprin

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Luca Azzopardi
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Pass Pass Matul is-Sena

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Preca Library, Malta

Id-Dragun tad-Dragonara

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Carmel G. Cauchi
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Gerfex, Betta u l-Internet

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Jean-Paul u Sebbelliku

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

In-Nar fl-Ispirtu Tiegħi

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Wiċċ Imb Wiċċ mal-Verità

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
BDL Publishing, Malta

Il-Barumbati ta’ Betta Trombetta

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Kif Jaħsibhom Mastru Gerfex

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Kulħadd bl-Istorja Tiegħu

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Preca Library, Malta

Mill-Ġnejna ta’ Tfuliti

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

L-Għeneb Qed Jiswied u Novelli Oħra

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Agius & Agius, Malta

Il-Ġrajjiet ta’ Jacob Jones

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Mar-Radd tas-Salib

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Preca Library, Malta

Is-Sigriet ta’ Għajnejn il-Kobra

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Laqt u Xiber

Poeżija
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Betta Tħaddem Rasha

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Betta Ġġibha Żewġ

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Zito Zandarell

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Preca Library, Malta

Il-Bawxati ta’ Pietru Pitravu

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

L-Avventuri ta’ Roderick u Gridoro

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Frank Schembr
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Dak l-Imbierek Mastru Gerfex

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

F’Ħal Busbies ma’ Mastru Gerfex

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Praspar ta’ Mastru Gerfex

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Sardinellu u d-Dar tal-Ħares

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Bawxati Oħra ta’ Pietru Pitravu

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Iżjed Bawxati ta’ Pietru Pitravu

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies