VictorFenech

1.

Bijografija

Victor Fenech dejjem ħadem b’sens ta’ dedikazzjoni u konsistenza, u kien parti innovattiva mill-iżvilupp tal-lingwa Maltija u tal-arti minn meta involva ruħu fil-Moviment Qawmien Letterarju fis-60ijiet.

Mur fil-biblijografija

Fenech twieled il-Ħamrun fl-1935. Huwa studja fl-Università ta’ Malta u gradwa fl-Ingliż, fl-Istorja u fil-Malti. Fl-Università ta’ Londra speċjalizza fil-kitba u fil-produzzjoni tal-ktieb. Qatta’ l-maġġoranza ta’ ħajtu jaħdem fis-settur edukattiv, kiteb għadd ta’ kotba tat-tfal u kien l-editur tal-magazin tal-istudenti Sagħtar.

Kwartett (1965) kien l-ewwel ktieb li Fenech kien koawtur tiegħu, u l-poeżiji jirriflettu x-xogħol tiegħu mal-Moviment Qawmien Letterarju, billi jħalltu l-istil u l-istruttura tradizzjonali u moderna. Tul is-snin, huwa esperimenta b’diversi forom tal-poeżija, inkluż il-poeproża, il-vers projettiv u l-vers viżwali. Hemm ukoll din il-ħtieġa intensa li jibqa’ relevanti fit-trattament tiegħu tal-influwenzi mħalltin fuq l-individwali u l-kollettiv.

Xogħlijiet importanti għal qalb Fenech jinkludu r-rumanz tiegħu Ix-Xitwa ta’ wara s-Sjuf (Horizons, 2010), l-antoloġija Il-Poeżiji (Klabb Kotba Maltin, 2011) u anke Malta Poema Viżiva (Horizons, 2014). Ix-Xitwa ta’ wara s-Sjuf ilaqqa’ l-ħajja tal-lum ma’ dik tas-60ijiet; u bħalma l-kapitli jalternaw fiż-żmien, l-istess l-istaġuni li jirrappreżentaw. Il-Poeżiji hija antoloġija tax-xogħlijiet ippubblikati tiegħu fi kważi nofs diċennju. Il-poeżiji qegħdin f’ordni kronoloġika biex il-qarrej japprezza l-iżvilupp poetiku tiegħu. Hemm madwar 200 poeżija u 300 ħajku – uħud spontanji, uħud maħdumin u oħrajn maħdumin mill-ġdid. Ingħatat xeħta ġdida lill-poeżija Maltija bil-vers viżwali li Fenech esplora f’Malta Poema Viżiva. Dan ix-xogħol jaqbad episodji magħżulin mill-istorja ta’ Malta.

Fenech huwa magħruf ukoll għat-traduzzjonijiet tiegħu, forsi l-aktar għat-traduzzjoni Il-Profeta (Klabb Kotba Maltin, 2008) ta’ Kahlil Gibran, li rebbħitu l-Premju Letterarju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. F’din it-traduzzjoni, Fenech baqa’ leali lejn id-dehra u r-ritmi mistiċi tal-kitba ta’ Gibran, filwaqt li ħalla wkoll ftit spazju għall-oriġinalità tiegħu, u hekk, it-traduzzjoni nħasset u nqrat simili ħafna tal-kitba oriġinali. Fl-2017 rebaħ il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Letteratura tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, u fl-2019 ġie ppremjat b’Ġieħ l-Akkademja mill-Akkademja tal-Malti għall-kontribut tiegħu tul ħajtu lill-akkademja Maltija.

Hemm ħafna temi li jsawru xogħol Fenech, ewlenin fosthom ir-responsabbiltà soċjali u l-protesta. Dejjem hemm traċċa, ħajta politika għaddejja fin fin mill-poeżija tiegħu li tindika l-interess li għandu fit-titjib tas-soċjetà u l-ambjent tagħna. Huwa jittratta l-passat bi ħjiel ta’ nostalġija, fidi u reliġjon, il-mewt u t-tama f’dak li hemm lil hinn; imma forsi l-aktar importanti minn dawn kollha, hija l-imħabba.

Is-silenzju, is-solitudni u l-umiltà huma abbundanti f’ħajjet Fenech u f’xogħlijietu, peress li għalih hemm xi ħaġa li tittraxxendi xogħol il-poeta, xogħol il-persuna kreattiva; xi ħaġa li tmur lil hinn minn dak li kapaċi jifhem il-bniedem, u forsi hija din ix-xi ħaġa misterjuża li nsibu ħjiel tagħha fil-versi tiegħu.

Miktuba minn Ruth Bezzina u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Id-Daqqaq ta’ Ħamlin

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Marisa Attard
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

XitaSkiet: Stejjer u Kitbiet Oħra

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

PS: Il-muża mħallta

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Ħrejjef minn Esopu

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Greta Borg-Carbott
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

L-Istorja ta’ Ferdinando

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Victor Fenech
Illustrazzjoni
Robert Lawson
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Emma, il-Qamar u l-Fjuri Jitkellmu

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Nicole Diacono
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Journey

Poeżija
Ingliż
Kitba
Arti
Luciano Micallef
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Luke u r-rigal ta’ Santa Klaws

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Marisa Attard
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Doreen Micallef

Kaxxetta
Varji
Malti
Kitba
Editjar
Victor Fenech
Pubblikazzjoni
L-Akkademja tal-Malti u Klabb Kotba Maltin, Malta

L-Għorfa f’Tarf l-Irdum

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Mark Scicluna
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Malta Poema Viżiva

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Rakkonti Inkontri: Id-Dar tal-Birgu u stejjer oħra

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Spring Rain/Winter Blues: Poems, Prosepoems

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Victor Fenech – Il-Poeżiji

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Ix-Xitwa ta’ wara s-Sjuf

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Msiebaħ il-Lejl

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Robert Caruana
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Rigby Graham: Watercolours of Malta

Poeżija
Ingliż
Kitba
Arti
Rigby Graham
Pubblikazzjoni
Miranda Publishers, Malta

Il-Profeta

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Victor Fenech
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Do-Re-Mi: kant u logħob tat-tfal Maltin

Ktieb bl-istampi
Malti
Illustrazzjoni
Joe Mallia
Editjar
Victor Fenech
Pubblikazzjoni
Kotba Merill, Malta

Old Folk Tales of the Maltese Islands

Proża
Ingliż
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Victor Fenech
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Kotba Merill, Malta

Għeluq

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
MUT Publications, Malta

Leġġendi minn Malta u Għawdex

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Joe Mallia
Pubblikazzjoni
Kotba Merill, Malta

Il-Ktieb Malti

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
PIN Publications, Malta

Jiena Kewkba Ċkejkna: Storja tal-Milied

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Marisa Attard
Pubblikazzjoni
MUT Publications, Malta

In-Nagħġa s-Sewda

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Fid-Dell tat-Terremot

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Joe Micallef
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Id-Dawl fit-Tieqa

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Trevor Żahra
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

It-Tifel li Ma Ħabbx il-Milied

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Jiena Kamra Kerha: Tislima lill-Art

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Marisa Attard
Pubblikazzjoni
MUT Publications, Malta

Sajonara: ħsibijiet stil ħajku / thoughts haiku style

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Dizzjunarju taż-żgħar

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Joe Mallia
Pubblikazzjoni
Miranda Books, Malta

L-Aħħar Rimi: poeżija, poeproża

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
PIN Publications, Malta

Sangraal

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Bugelli, Malta

F’Altamira: poeproża

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Gulf Publication, Malta

London Pictures and other poems

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Cog Press, ir-Renju Unit

A Bibliography of Children’s Literature in Malta 1966-76

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Malta Library Association, Malta

La Valette

Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Joseph Mallia
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Għażla ta' poeżiji / Selection of poems

f'“Malta: The New Poetry - An Anthology of Modern Maltese Verse”
Poeżija
Malti
Kitba
Editjar
Mario Azzopardi
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Analiżi ’70

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awturi

Antenni

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awturi

Kwartett

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awturi

L-Apprentist tas-Saħħar

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Matt Stroud
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies