Paul P.Borg

1.

Bijografija

Paul P. Borg huwa kittieb, riċerkatur, etnografu u poeta. Bħala Chartered Environmentalist (Society for the Environment, UK), kiteb numru ta’ artikli dwar l-ambjent u l-bidla soċjali. Borg jgħaqqad elementi soċjali u storiċi importanti fix-xogħol tiegħu, biex jiżviluppa sens aktar profond tar-relazzjoni bejn il-qagħda umana u l-ambjent li mdawrin bih. Ingħata l-premju prestiġjuż Premio Nazionale Gianfranco Merli per l’Ambiente (2010)mill-moviment ambjentali Taljan Movimento Azzurro, għar-riċerka tiegħu pubblikata fi Quest for Identity (Tfittxija għall-Identità, 2010). Borg kien ukoll onorat mill-Gvern Malti bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika għall-kontribut tiegħu fl-iżvilupp tal-lingwa Maltija (2014).

Mur fil-biblijografija

Borg twieled f’Ħal Balzan fl-1949. Studja l-Inġinerija fl-Università ta’ Malta u istituzzjonijiet ġewwa l-Ġermanja u l-Italja. Borg ġie lura Malta bħala l-maniġer tekniku tal-MetalFit. Bħalissa hu għalliem tal-Fiżika u jgħallem ukoll is-snajja’ u x-xogħol tradizzjonali Malti fl-Università ta’ Malta. Rebaħ diversi premjijiet letterarji, fosthom il-Premju Bugelli għal Dal-Lejl Ġie Alla (1984)u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għax-xogħol Ċikku Fenech, il-Bidwi Malti (1999)u Demgħat (2003), kif ukoll għar-riċerka b’ Kelinu Vella Haber u l-Moviment tal-Malti (2003).

L-ewwel pubblikazzjonijiet tiegħu, Bejn mara u qassis (1984)u Dal-Lejl Ġie Alla, flimkien mat-tieni ktieb li jkompli miegħu bl-isem Rajt ʼl Alla Jibki (2007), kienu kontroversjali għax bdew jistħarrġu l-azzjonijiet tal-bniedem f’konfront mas-sens tal-jien, is-sesswalità, ir-reliġjon u l-ambjent. Ix-xogħol ta’ Borg jimxi fuq it-tfittxija u x-xewqa tal-bilanċ tal-identità kif affettwata minn ċirkostanzi u mis-soċjetà. Għal Borg il-kittieb hu dak li m’għandux għażla ħlief li jaħseb u jħoss. Issir ukoll riflessjoni tas-soċjetà meta jixtarr l-iskrupli u janalizza d-dinja fiżika f’termini ta’ emozzjoni. Borg m’għandux għażla ħlief li jilmenta fuq l-istat tal-bniedem u l-ambjent u hawn fejn jidħol fl-oqsma tal-etnografija u l-preservazzjoni. Fi Snajja u Xogħol il-Maltin (Vol. 1, 2000; Vol. 2, 2002), kif ukoll f’Nismagħhem Jgħidu (Vol. 1, 2007; Vol. 2, 2012), Borg jiddokumenta x-xogħol tal-irġiel u n-nisa xjuħ għall-benefiċċju tal-posterità. Fl-2011 ġie onorat bil-Premju Nazzjonali għar-Riċerka u l-Istudji Etnografiċi mill-Ministeru tan-Negozju u l-Kummerċ.

Borg jesprimi ħsibijietu dwar l-irwoli differenti fis-soċjetà; kitbitu twasslu biex jifhem u jaċċetta kif dawn l-irwoli jitħalltu speċjalment fejn tidħol ir-relazzjoni tagħna mal-ambjent. Li nħobbu l-ambjent huwa Il-Kmandament Numru Ħdax (Vol. 1, 2016; Vol. 2, 2017), fejn il-protagonist iħoss li fin-nuqqas ta’ kmandament espliċitu u divin, il-vjolenza hi l-unika triq biex l-ambjent jiġi preservat speċjalment meta n-nies jibqgħu jeqirduh bis-saħħa. Borg jitkellem ukoll dwar dan fil-ġabriet ta’ stejjer qosra Stejjer minn Wied Għarbiel (2006)u Tales from Malta (Ġrajjiet minn Malta, 2009) fejn jinnota wkoll li l-identità kulturali hija problematika.

L-esperjenza u l-memorja jservu ta’ ispirazzjoni u jsawru x-xogħlijiet ta’ Borg; is-sbuħija fil-ħolqien tal-istejjer hi kif il-fatti u l-immaġinazzjoni jitwaħħdu flimkien u waħda ssir l-oħra. Borg jaħseb fuq is-sens tal-Jien li jinsab f’battalja interna u konxja, “bejni u bejn ruħi.” Il-qarrejja jistgħu japprezzaw dan fit-triloġija Beżgħat (1986), Demgħat (2002) u Weġgħat (2019), fejn naraw kif wieħed jirrelata mal-‘Jien’ u mal-‘Ieħor’ – il-letteratura bħala espressjoni tal-eżistenza.

L-aħħar xogħol ta’ Borg, Belgħa Te (2022), hu rumanz li jiffoka fuq realtajiet moħbija fejn jesponi l-uġigħ u l-krudeltà li wieħed isib fi sptarijiet mentali u fuq in-naħa l-oħra l-apatija tas-soċjetà meta tiġi biex tagħraf u tirrikonoxxi l-verità, fejn din tippreferi titfa’ l-problemi taħt it-tapit. Oliver Friggieri u Jien huwa wieħed minn sensiela ta’ kotba li Borg se joħroġ dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ diversi awturi importanti.

Hemm tema kostanti fix-xogħlijiet ta’ Borg: it-tfakkira hija biss l-imħabba għal xulxin u għan-natura li se tgħinna nibnu r-rispett u l-empatija li huma bżonjużi biex insalvaw minna nfusna.

Bijografija miktuba minn Ruth Bezzina u maqluba għall-Malti minn Keith Borg

2.

Biblijografija

Fejjaqtni int: Rużar Briffa u jien

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Belgħa te

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Oliver Friggieri u jien

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

It-tifel taħt is-sodda

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
BDL Publishers, Malta

Weġgħat: stejjer mill-ħajja tal-lum

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Il-kmandament numru 11: ħobb lill-ħolqien

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

...jiena xi ħadd...: li nokrob mill-ġuf ta' mara

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Eternità

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

...maqful fil-ħabs ta' ġbini...

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Ċikku: il-bidwi Malti

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Nismagħhem jgħidu...: snajja', għajdut u karattri mill-ħajja Maltija, vol 2

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Quest for identity: the Mellieħa experience

Proża
Ingliż
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Gianfranco Merli per l'Ambiente
Pubblikazzjoni
Kunsill Lokali, il-Mellieħa

Sunset at Mistra valley & other tales from Malta

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Allied Publications, Malta

Bejn mara u qassis

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Dal-lejl ġie Alla; Rajt 'l Alla jibki

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Kelinu Vella Haber: ħidmietu u l-moviment tal-Malti

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Demgħat

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Beżgħat: l-ewwel ġabra ta' novelli

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Snajja' u xogħol il-Maltin, vol. 1

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
P.E.G., Malta

Snajja' u xogħol il-Maltin, vol. 2

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Selmun: A story of love

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Anna

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
P.E.G., Malta

Egħluq

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer
Pubblikazzjoni
SKS, Malta

Selmun u l-inħawi

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Bugelli Publications, Malta

Beżgħat

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Bugelli Publications, Malta

Bejn mara u qassis

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Phoenicia għal-Letteratura
Pubblikazzjoni
Valletta Publishing & Promotion Co Ltd, Malta

Dal-lejl ġie Alla

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Letterarju Konkors Bugelli għar-Rumanzi
Pubblikazzjoni
Bugelli Publications, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies