OresteCalleja

1.

Bijografija

Oreste Calleja huwa drammaturgu veteran Malti. Ilu attiv mill-aħħar snin tas-sittinijiet, b’xogħlijiet li jduru madwar l-esperjenza Maltija u l-impatt li deċiżjonijiet soċjali u politiċi jħallu fuq il-ħajja ta’ kuljum. Wara żmien qasir li fih kiteb bl-Ingliż, beda jikteb id-drammi għar-radju, il-palk u t-televiżjoni bil-Malti. Kien wieħed mill-ewwel membri tal-Moviment Qawmien Letterarju u parti mill-ewwel bordijiet editorjali tar-rivisti Sagħtar u Il-Polz. Wara, serva bħala teżorier fl-Akkademja tal-Malti u flimkien ma’ Trevor Żahra għen biex jitnieda l-ewwel sit tal-Akkademja.

Mur fil-biblijografija

Calleja twieled il-Ħamrun fl-1946. Studja l-Liċeo u wara attenda l-Kulleġġ tal-Għalliema, San Mikiel, imnejn kiseb il-warrant ta’ għalliem. Segwa dan billi attenda l-Kulleġġ Birkbeck tal-Università ta’ Londra. Fl-1990 kiseb Baċellerat tal-Arti fil-Belle Arti u l-Franċiż mill-Università Jacksonville fi Florida. Lura Malta, għallem l-arti fl-iskejjel sekondarji. Għallem ukoll il-kitba tad-drammi fl-Iskola Maltija tad-Drama u l-Akkademja għall-Iżvilupp ta’ Ambjent Demokratiku (AŻAD). Aktar tard fil-karriera tiegħu, ħadem bħala traduttur għall-Parlament Ewropew fil-Lussemburgu u l-Ġermanja.

Calleja emigra minn Malta fl-1974 u reġa’ lura fl-1991. Qabel it-tluq tiegħu ppubblika Erba’ Drammi (1972), pubblikazzjoni li fiha jinsabu d-drammi: Anestesija, Iġsma Iħirsa, Ċens Perpetwu, u Satira. Dawn jittrattaw in-nozzjoni tat-tradizzjoni u l-eżaminazzjoni mill-ġdid tagħha, fi kliem ieħor ir-relevanza tagħha. Tellgħu fil-wiċċ l-importanza tat-teatru bħala forma ta’ dibattitu, li huwa kunċett li reġa’ dar għalih diversi drabi fis-snin ta’ wara.

Calleja rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tad-drama permezz ta’ Pawlu Redux (1999) u Il-Festa bil-Bandieri (2002). Is-suċċess tiegħu bħala drammaturgu huwa l-aktar attribwit għall-mod kif iħallat l-istil realistiku ma’ karatteristiċi simboliċi li jagħmlu d-drammi tiegħu universali. Ħafna drabi, xogħlijietu jiġu inklużi fil-kurrikulu nazzjonali tal-Letteratura Maltija fil-Junior College u l-Università ta’ Malta.

Riċentament, Calleja reġa’ ppubblika drammi oħrajn tiegħu li huma mmirati għall-palk, ir-radju u t-televixin. L-aktar xogħlijiet riċenti tiegħu huma Ċama Ċama il-Monologi (2019), ġabra ta’ monologi intenzjonati għall-atturi u l-istudenti tad-drama, u Meta Jaħkem id-Dlam (2022), li huwa addattament ta’ The Power of Darkness ta’ Leo Tolstoy. Bħalissa qed jaħdem biex joħroġ numru ta’ drammi li jinsabu fl-istadju editorjali, fosthom traduzzjonijiet ta’ drammi aktar bikrija. Ix-xogħlijiet ta’ Calleja, simili għal dawk ta’ Francis Ebejer, ħafna drabi jippreżentaw karattri fi stat ta’ turment – jaspiraw li jsiru aħjar u li jikbru imma inevitabbilment jitkissru minn pressjonijiet psikoloġiċi u tas-soċjetà. Meta jindirizza temi universali bħal dawn, xogħlijietu jsiru aktar relatabbli, waqt li xorta jżommu kumplessità straordinarja fil-mod li jittrattaw l-isfidi tal-ħajja ta’ kuljum.


Bijografija miktuba minn Ruth Bezzina u maqluba għall-Malti minn Jean Paul Borg

2.

Biblijografija

Meta Jaħkem id-Dlam

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Oreste Calleja
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Ċama Ċama, il-Monologi

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

And Unto Her An Angel

Skritt tat-teatru
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Il-Festa bil-Bandieri

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Għasfur taċ-Ċomb

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Pawlu Redux

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Addijo Ċesri

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Jum Fost l-Oħrajn

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Skużi Ta

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Għażiż Angelo

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Il-Belliegħa fil-Bir

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

U l-Anġlu Ħabbar

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Skart u Ċens Perpetwu

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

En Passant

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Għasfur taċ-Ċomb

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

3 Siltiet

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Erba' Drammi

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies