MichaelZammit

1.

Bijografija

Ix-xogħlijiet ta’ Michael Zammit huma vjaġġ fil-moħħ; il-poeżiji għandhom xeħta surreali u huma maħdumin bizzilla biex jieħdu li jistgħu mil-lingwa, mill-ħsejjes u l-vibrazzjonijiet tagħha. Zammit huwa element vitali għall-poeżija Maltija minħabba l-użu innovattiv tiegħu tal-lingwa.

Mur fil-biblijografija

Zammit twieled il-Belt Valletta fl-1954. Beda l-istudji tiegħu fl-arkitettura, biex imbagħad daħal fl-isfera tal-filosofija. Beda jgħallem il-filosofija Klassika, Griega u Rinaxximentali imma hu magħruf l-aktar talli introduċa l-ħsieb Sanskrit, Indjan u tal-Lvant Imbiegħed fl-Università ta’ Malta. Iċ-ċikli poetiċi tiegħu huma affettwati minn dawn l-influwenzi mħalltin, flimkien mal-letteratura u l-filosofija tan-nonduwaliżmu (advaita).

Imma Ħajt Azzari Għalina (1974) kienet l-ewwel pubblikazzjoni protopost-Strutturalista tal-poeproża b’kollaborazzjoni ma’ Paul Sant Cassia. Din tħalliet bħala kitba spirtu pront, mhux mimsusa, kif ġiet – mill-qalb. Zammit dejjem jgħaqqad l-arti max-xogħlijiet tiegħu, konxju tal-preżentazzjoni estetika. Anke Fil-Waqt li l-Qalb(h)a Tħares (1978), pubblikazzjoni ma’ Norbert Attard, ġiet ippreżentata bħala 9 ċikli u 3 stampi ġo kaxxa magħmula b’mod sabiħ ħafna. Dan ix-xogħol ġie tradott għall-Ingliż u kien l-ewwel tentattiv ta’ translitterazzjoni ta’ test Malti għall-Ingliż.

Żewġ xogħlijiet importanti li jaqbdu l-ħsibijiet u l-ħsejjes li jħobb juża Zammit huma Mireddien (2003) u Għana ’l Hena (2005). Mireddien hija ġabra ta’ espressjonijiet, ippreżentati bħala mazz karti. Il-qarrej huwa mistieden iqalleb bejn karta u oħra, anke f’nofs vers, biex joħloq ħsejjes poetiċi differenti. Dan ix-xogħol ġie tradott għat-Taljan. Għana ’l Hena huwa ċiklu ta’ 35 poeżija, kollha ispirati minn perjodu li fih Zammit kien qed jaqra s-salmi mit-traduzzjoni Maltija tal-Bibbja ta’ P.P. Saydon, is-sunetti ta’ Shakespeare u l-Bhagavad Gita. Dawn ix-xogħlijiet jissejħu ċikli għax il-qarrej irid jaqrahom jgħajjat, mhux ġo qalbu; ileħħinhom.

Zammit huwa magħruf ukoll għat-traduzzjonijiet tiegħu bil-Malti, partikolarment għat-traduzzjoni tal-Bhagavad Gita mis-Sanskrit. Huwa ttraduċa ħafna drammi, flimkien ma’ L-Apoloġija (1995) ta’ Platun, u riċentament, 8 ċikli minn Metamorphosis ta' Ovidju, li dehru bħala Il-Metamorfosi 1: L-Ewwel Ġabra ta’ Siltiet (2018).

Il-ħoss huwa importanti ħafna għal Zammit, u dan narawh fil-mod kif jilgħab bil-ħsejjes, bil-kliem u bit-tifsiriet tiegħu. F’Mireddien: fi skiethom, u anke Mireddien: f’sikkithom, il-kelma “mireddien” hija kelma ivvintata minn Zammit stess li timplika li wieħed jibqa’ jaħseb u jerġa’ jaħseb fuq xi affarijiet f’moħħu jew jgħidhom u jerġa' jgħidhom verbalment, u b’hekk dan isir il-mod kif iseħħ dan, kif tinħoloq din il-mantra. L-ispazji fil-kitba huma importanti ħafna wkoll għall-ħoss, kemm bħala lingwa u anke bħala silenzju. Il-ktieb Bejn Sħab u Duħħan (2017) jitkellem ukoll fuq dan l-ippustjar bejn id-diskors u bejn li xi ħaġa ssir tidher.

Tant dedikazzjoni lejn il-ħoss u l-ħsus preċiżi tal-kliem, tal-vokali u l-konsonanti, hija possibbilment dik li tagħti tant poter u piż lil kwalunkwe lekċer jew konverżazzjoni ma’ Zammit. Hemm xi ħaġa partikolarment sinifikanti, kommoventi u anke mistika f’xogħlu – xi ħaġa fiex tista’ titlef lilek innifsek imma anke tinstab.

Miktuba minn Ruth Bezzina u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Il-Metamorfosi 1: L-Ewwel Ġabra ta' Siltiet

Poeżija
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Michael Zammit
Pubblikazzjoni
Pjattaforma Ltd., Malta

Bejn Sħab u Duħħan

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Delere Press, Singapore

Decay

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awturi

Curved Silence

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur, Arts Council Malta, BOV Bank Plc. u Heritage Malta, Malta

Wjasa: Il-Bħagawad Gita (Bhagavad Gita)

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Michael Zammit
Pubblikazzjoni
PIN Publications, Malta

Il Re Mantra: ombreggiature silenziose

Poeżija
Taljan
Kitba
Pubblikazzjoni
Editoria u Spettacolo, l-Italja

Għana 'l Hena

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
APS Bank Ltd., Malta

Mireddien: fi skiethom / f’sikkithom

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
AWL, Malta

L-Apoloġija

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Michael Zammit
Pubblikazzjoni
Malta University Publishers, Malta

Fil-Waqt li l-Qalb(h)a Tħares

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Imma Ħajt Azzari Għalina

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies