LouDrofenik

1.

Bijografija

Lou Drofenik twieldet Birkirkara fis-7 ta’ Frar 1941. Telqet minn Malta fl-1962 biex tibda karriera fl-edukazzjoni l-Awstralja, bħala parti mis-Single Women’s Migrant Scheme. Affaxxinat ruħha bil-kobor ta’ dan il-kontinent u bil-ħajja mgħaġġla mimlija attivitajiet: kuntrast enormi mal-ħajja Maltija tal-bidu tas-sittinijiet. Iddeċidiet li tibqa’ hemm b’mod permanenti u bdiet tistudja għad-dottorat, bit-teżi tagħha tiffoka fuq l-effett tal-migrazzjoni fuq l-identità morali tan-nisa migranti Maltin fl-Awstralja.

Mur fil-biblijografija

Dan narawh b’mod ċar fir-rumanz Echoes – Distant Voices: Distant Lives (Horizons, 2019). L-istorja sseħħ fis-sittinijiet, il-qofol tal-kwistjoni bejn il-Partit Laburista Malti u l-Knisja. Il-Prim Ministru Duminku Mintoff ried is-separazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat, filwaqt li l-Arċisqof Mikiel Gonzi assolutament ma riedx li jiġri dan. Din il-kwistjoni qasmet lin-nies min-nofs: dawk leali lejn Mintoff raw il-Knisja bħala istituzzjoni oppressiva li ma riditx titlef il-ħakma tirannika fuq il-poplu; in-nofs l-ieħor kien iħares lejn il-Partit Laburista bħala l-partit tax-xitan. L-Arċisqof Gonzi spiċċa biex impona l-interdett fuq kull min kien leali lejn il-Partit Laburista, u żammhom milli jipparteċipaw f’ritwali reliġjużi bħaż-żwieġ jew difna f’art ikkonsagrata.

Rosie Farrugia, waħda mill-karattri prinċipali fir-rumanz, hija tfajla kapaċi u determinata li l-ambizzjonijiet tagħha kienu wisq ikbar milli l-gżira ċkejkna ta’ Malta setgħet toffrilha. L-indipendenza tagħha kienet tistona mal-moħħ konservattiv tal-komunità li kienet tgħix fiha, u dan wassalha biex tissapportja lil Mintoff fil-ġlieda tiegħu biex jissekularizza l-qagħda politika Maltija. Madankollu, mhux kull min kien jemmen bħalha kien lest li jaffaċċja l-konsegwenzi ta’ dan it-twemmin. Dan saħħilha fehemtha biex titlaq mill-gżira u temigra lejn l-Awstralja. Bħal karattri oħra fl-istejjer ta’ Drofenik, Rosie riedet taqta’ kompletament mill-ambjent immedjat biex tiżviluppa għarfien ta’ min verament hi u l-irwol tagħha f’din id-dinja.

Drofenik tirrakkonta stejjer ta’ nisa li jgħixu f’dinja perikoluża għalihom – politikament, soċjalment, moralment u psikoloġikament. Dan jitfa’ dawl fuq it-tensjoni bejn id-destin u r-rieda fil-ħajjiet tal-karattri femminili tagħha. Il-protagonisti ta’ Drofenik m’għandhomx influwenza fuq l-ambjent li twieldu fih; madankollu jinvolvu lilhom infushom b’mod attiv biex jgħixu l-ħajja li jixtiequ, biex jimmaġinaw u jissieltu għal futur aħjar. Anke meta d-deċiżjonijiet ma jwassluhomx fejn jixtiequ, jew il-konsegwenza tal-azzjonijiet tagħhom ma tkunx dik mixtieqa, in-nisa ta’ Drofenik xorta jżommu kontroll fuq id-destin tagħhom.

Bħala eżempji ta’ dan insibu l-karattri ta’ Ġuditta u bintha Licia fir-rumanz rebbieħ The Confectioner’s Daughter (Horizons, 2016). Ġuditta tiret il-forn ta’ missierha u tibdel dan il-ħanut żgħir f’suċċess enormi, minkejja t-tbatijiet tal-gwerra li tgħaddi minnhom, it-telfa ta’ żewġha, u l-fatt li trid trabbi waħidha ʼl bintha tarbija. Għalkemm Ġuditta tagħmel minn kollox biex ma tħallix lil Licia tieħu deċiżjonijiet ħżiena, ma tiġġudikahiex, u lanqas Drofenik ma tagħmel dan, anzi tħalliha tiżbalja, li jkollha d-difetti, li tkun vulnerabbli, reżiljenti u inġenjuża.

Il-protagonisti ta’ Drofenik huma nies veri - il-maġġoranza nisa - li jirnexxilhom jegħlbu l-oppressjoni. Hi temmen li l-akbar prova ta’ karattru għal kull persuna hi li jiskopru u jħaddnu dak li huma, u li jkunu onesti magħhom infushom.

Bijografija miktuba minn Noel Tanti u maqluba għall-Malti minn Keith Borg

2.

Biblijografija

Vincenzo of my Heart

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

"Hard Lessons"

Antoloġija
Ingliż
Editjar
Jen CallejaKat Storace

Big Oak on Little Mountain

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Echoes - Distant Voices: Distant Lives

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

The Reluctant Healer

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

The Confectioner's Daughter

Proża
Ingliż
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta
Xogħlijiet marbuta

Maltesiske Bakeriet

Proża
Norveġiż
Kitba
Traduzzjoni
Kristina Quintano
Pubblikazzjoni
Quintano Forlag, in-Norveġja

Love in the time of the Inquisition

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Bushfire Summer

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtriċi

Beloved Convict

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtriċi

Cast the Long Shadow

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
National Biographic, l-Awstralja

In search of Carmen Caruana

Proża
Ingliż
Pubblikazzjoni
V & L Drofenik

Of Cloves and Bitter Almonds

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
National Biographic, l-Awstralja

Birds of Passage

Proża
Ingliż
Pubblikazzjoni
L-Awtriċi
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies