JenCalleja

1.

Bijografija

Jen Calleja hija kittieba, traduttriċi letterarja (li taqleb mill-Ġermaniż għall-Ingliż), u poetessa indipendenti li tgħix Londra. Xogħlijietha dehru f’diversi ġurnali u rivisti bħalma huma Granta u The Modernist Review. Fl-2012 waqqfet il-ġurnal artistiku Anglo-Ġermaniż Verfreundungseffekt.

Mur fil-biblijografija

Toffri programmi ta’ mentoring kif ukoll korsijiet u workshops dwar il-kitba kreattiva u t-traduzzjoni letterarja, kemm online kif ukoll ma’ diversi organizzazzjonijiet bħall-Aryon Foundation, The British Library u The Poetry School. Flimkien ma’ Kat Storace, fl-2020 waqqfet Praspar Press fir-Renju Unit, bil-għan li tippreżenta letteratura Maltija kontemporanja miktuba bl-Ingliż kif ukoll tradotta għall-Ingliż.


Calleja twieldet f’Sussex fl-1986. Studjat il-Midja u l-Letteratura Moderna f’Goldsmiths, u wara għamlet Maġisteru fl-Istudji Ġermaniżi fil-University College London. Bħalissa qed taħdem fuq dottorat fil-Kitba Kreattiva u Kritika mal-University of East Anglia. Fl-2021 kisbet residenza ma’ Core Park Literature and Translation, waqt li fl-2018 kienet kisbet għotja mill-Author’s Foundation (Society of Authors). Calleja kienet parti mill-panel ta’ aġġudikanti ta’: The London Magazine Short Story Prize (2021); ix-Schlegel-Tieck Prize (2021); l-Anthea Bell Prize for Young Translators (2021); u l-Austrian Cultural Forum London Translation Prize (2017). Calleja kienet kittieba residenti ma’ index Freiraum (Zurich, 2016-2017); traduttriċi residenti fil-British Library (2017-2019) u l-Austrian Cultural Forum London (2015-2017). Kienet ukoll l-aġent editriċi ta’ New Books in German, u koordinatriċi tat-traduzzjonijiet u reċensjonijiet ta’ 12 Swiss Books, kif ukoll editriċi mistiedna tal-poeżiji ta’ No Man’s Land.


Calleja hija l-awtriċi ta’ żewġ antoloġiji ta’ poeżiji u erba’ pubblikazzjonijiet ta’ finzjoni. L-istejjer tagħha f’forma ta’ poeżija f’Serious Justice (2016) daħlu fil-lista finali tal-Melita Hume Poetry Prize. Wara, fl-2019 ippubblikat Hamburger in the Archive. Dan ġie segwit mill-ġabra ta’ esejs tagħha Goblins (2020), il-ġabra ta’ novelli I’m Afraid That’s All We’ve Got Time For (2020), il-pubblikazzjoni b’poeżija waħda twila Dust Sucker (2023), u r-rumanz Vehicle (2023) li għalih Calleja għamlet żewġ tours. Il-kitba fittizja u l-poeżija tagħha dehru f’rivisti u ġurnali notevoli fosthom The White Review, The London Magazine u Ambit. In-novella tagħha “Edit History” ġiet ippubblikata fl-antoloġija Best British Short Stories 2021 editjata minn Nicholas Royle u daħlet fil-lista finali tax-Short Fiction University of Essex Prize (2020).


Ir-reċensjonijiet u l-esejs ta’ Calleja dehru fir-rivisti Times Literary Supplement, PORT, The Architectural Review, History Today u ħafna oħrajn. Għal żmien twil, Calleja kitbet ukoll kolonna fuq il-letteratura tradotta għall-Brixton Review of Books u The Quietus.


Ittraduċiet aktar minn ħmistax-il xogħol ta’ kitba letterarja fittizja u mhux fittizja mill-Ġermaniż għall-Ingliż. It-traduzzjoni tagħha The Pine Islands (2019) ta’ Marion Poschmann daħlet fil-lista finali tal-Man Booker International Prize u ġiet innominata għad-Dublin Literary Award tal-2021. Għall-istess premju tal-2020, Calleja ġiet innominata wkoll permezz tat-traduzzjoni tagħha My father was a man on land and a whale in the water (2018) ta’ Michelle Steinbeck. Fl-2018, it-traduzzjoni tagħha Dance by the Canal (2017) ta’ Kerstin Hensel daħlet fil-lista finali tax-Schlegel-Tieck Prize, waqt li fl-2022 it-traduzzjoni tagħha The Liquid Land (2021) ta’ Raphaela Edelbauer daħlet fil-lista finali tal-Oxford-Weidenfeld Prize. Calleja teditja wkoll traduzzjonijiet mill-Ġermaniż u taħdem bħala konsulenta letterarja fuq letteratura u traduzzjonijiet mill-Ġermaniż għall-fergħa Ingliża tal-PEN, il-Kunsill għall-Arti tal-Ingilterra u pubblikaturi u pubblikazzjonijiet oħra.


Permezz ta’ Praspar Press, Storace u Calleja editjaw u ppubblikaw is-serje Scintillas: New Maltese Writing. Dawn l-edizzjonijiet ipoġġu f’pubblikazzjoni waħda l-proża, il-poeżija u l-kitba letterarja mhux-fittizja maqsuma f’żewġ taqsimiet simili għal xulxin. It-tielet edizzjoni ta’ Scintillas se tiġi ppubblikata f’Novembru tal-2023.


Calleja tibqa’ affaxxinata bl-elementi teoretiċi, edukattivi u prattiċi tat-traduzzjoni u l-irwol tagħha fis-soċjetà u l-kultura u għalhekk qed tkompli tesplorahom. Bħalissa qed taħdem fuq tliet kotba: Goblinhood: goblin as a mode maħsub għal Ottubru tal-2023; ir-rumanz bit-titlu proviżorju Court of Lore; u Fair: a literary translator memoir. It-tnejn li huma mistennija joħorġu fl-2023. Rigward traduzzjonijiet, nistgħu nistennew mingħand Calleja Gina ta’ Reto Pulfer u The Diary of Marlene Marder ta’ Marlene Marder. Ma’ dawn hemm jistenniena t-tieni ktieb b’kitba mhux-fittizja li se jkun parti mill-Fitzcarraldo Editions.

Bijografija miktuba minn Ruth Bezzina u maqluba għall-Malti minn Jean Paul Borg.

2.

Biblijografija

Vehicle: a verse novel

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Prototype Publishing, ir-Renju Unit

Scintillas: New Maltese Writing 3

Antoloġija
Ingliż
Kitba
Editjar
Jen CallejaKat Storace
Pubblikazzjoni
Praspar Press, ir-Renju Unit

Dust Sucker

Proża
Ingliż
Ġermaniż
Kitba
Traduzzjoni
Carolina Schiutti
Pubblikazzjoni
Makina Books, ir-Renju Unit

Scintillas: New Maltese Writing 2

Antoloġija
Ingliż
Kitba
Editjar
Jen CallejaKat Storace
Pubblikazzjoni
Praspar Press, ir-Renju Unit

The Liquid Land

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Jen Calleja
Pubblikazzjoni
Scribe, ir-Renju Unit

Scintillas: New Maltese Writing 1

Antoloġija
Ingliż
Kitba
Editjar
Jen CallejaKat Storace
Pubblikazzjoni
Praspar Press, ir-Renju Unit

Goblins

Proża
Ingliż
Kitba
Illustrazzjoni
Rachel Louise Hodgson
Pubblikazzjoni
Rough Trade Books, ir-Renju Unit

I’m Afraid That’s All We’ve Got Time For

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Prototype Publishing, ir-Renju Unit

The Pine Islands

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Jen Calleja
Pubblikazzjoni
Serpent's Tail, ir-Renju Unit

Hamburger in the Archive

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
If a Leaf Falls Press, ir-Renju Unit

My father was a man on land and a whale in the water

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Jen Calleja
Pubblikazzjoni
Darf Publishers, ir-Renju Unit

Dance by the Canal

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Jen Calleja
Pubblikazzjoni
Peirene Press, ir-Renju Unit

Serious Justice

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Associated Presses, ir-Renju Unit
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies