ImmanuelMifsud

1.

Bijografija

Il-vjaġġ ta’ Immanuel Mifsud fil-kitba beda minn età żgħira ħafna. Fl-aħħar snin ta’ żgħożitu, kiber l-interess tiegħu fil-qari u fil-kitba, u waħda mill-ewwel influwenzi tiegħu kienet il-psikoloġija. Dan jispjega għaliex fi wħud mix-xogħlijiet tiegħu tal-proża, huwa jidħol fil-psike tal-bniedem u d-dimensjonijiet kollha tagħha.

Mur fil-biblijografija

Huwa interessanti l-fatt li Mifsud ma ppjanax konxjament li jsir kittieb. Bħala żagħżugħ, huwa kien jaħdem l-aktar fuq it-teatru alternattiv, allura t-tranżizzjoni tiegħu għall-proża ma kinitx diretta jew ovvja daqskemm wieħed jimmaġina. Minflok, jeħtieġ li nifhmu x’kien dak li għamel lil Immanuel Mifsud il-kittieb li hu llum, partikolarment l-amalgamar tal-interessi letterarji, l-avvenimenti storiċi, u l-esperjenzi personali tiegħu.

Mifsud kiber fit-tmeninijiet, li kienu snin ta’ taqlib f’Malta, u għalhekk, ħass il-bżonn li jipprotesta. Għall-bidu ħaseb li hu kien żagħżugħ bħall-oħrajn li qed iwiddeb lill-Istat u lill-Establishment; probabbilment stajt tiddeskrivih bħala enfant terrible. Iżda l-aġir tiegħu ta’ sfida ħareġ b’mod differenti. Fl-istejjer qosra tiegħu, indirizza din il-ħtieġa li ħass li jipprotesta – l-ewwel ġabra tiegħu, Stejjer ta’ Nies Koroh (ippubblikata minnu stess, 1991), kellha rabta diretta mat-tmeninijiet. Huwa kien tal-fehma li n-novella kienet il-veikolu addattat biex isemma’ l-iskuntentizza tiegħu, filwaqt li beda jesplora l-faxxinu ġdid bil-Komuniżmu fl-Ewropa Ċentrali.

Għalkemm kien hemm nuqqas ta’ xogħlijiet dwar it-tmeninijiet u d-disgħinijiet f’Malta, hu u jipprova jagħmel isem fid-dinja letterarja lokali, Mifsud iltaqa’ ma’ ċerti sfidi peress li l-pubblikaturi dak iż-żmien ma kinux jemmnu f’kittieba żgħażagħ li ma jafhom ħadd. Madankollu, dan ma waqqafx lil Mifsud milli jippersisti u jisfida l-istatus quo, filwaqt li osserva bidliet sinifikanti u ċaqliq fis-soċjetà fid-disgħinijiet, partikolarment fl-edukazzjoni u fil-midja. Il-liberalizzazzjoni tal-midja tatu xi ħaġa ġdida fuqiex jixħet ħarstu u viżjoni biex jikkunsidra l-kunċett ta’ kif sirna iżjed komdi nxerrdu aspetti minn ħajjitna, anke żżejjed, dak li hu jsejjaħ “is-soċjetà konfessjonali”.

Sors ieħor ta’ ispirazzjoni għal Mifsud huwa l-lejl, peress li l-kitbiet tiegħu ħafna drabi huma mnisslin mir-ritmi ċirkadjani tal-lejl, li jindikaw riflessjoni u solitudni. Mhuwiex ta’ sorpriża li l-karattri li joħorġu f’dawn is-sigħat ta’ tard billejl u jinfilsaw ruħhom fix-xogħlijiet tiegħu huma miżantropi: individwi goffi u marġinalizzati.

Konxju tal-periklu li jinstema’ ripetittiv u li jaqa’ fil-klixejiet tant mistkerrhin, Mifsud iddeċieda li jinfatam minn dak li kien imdorri bih u jitbiegħed mill-ġeneru li kien sar sinonimu miegħu: dak li juri n-naħa oskura tal-bniedem. Permezz tax-xogħol awtobijografiku/bijografiku Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) (Klabb Kotba Maltin, 2010), huwa esplora r-relazzjoni fraġli li kellu ma’ missieru. F’punt minnhom f’ħajtu, huwa ħass li kellu jiffoka fuq din ir-relazzjoni, bħallikieku ried jaffaċċja emozzjonijiet moħbija ta’ ħtija li kienu jsusu kemm wara l-missier, u anke wara l-iben. Dan ix-xogħol għadu, sal-lum, wieħed mill-aktar xogħlijiet tiegħu li għamlu suċċess. Il-qabża bejn dak li jinteressa lilu personalment u dak li eventwalment jiġbed lill-qarrejja tiegħu għadha misteru għal Mifsud, imma bħala kittieb, hu jittrażmetti enerġija nervuża. Huwa jirreżisti l-perċezzjoni li forsi huwa għajta fid-deżert, u essenzjalment, permezz tal-kitba u l-letteratura, jittama li jirnexxilu jegħleb l-ostakli u jippreżenta lill-bniedem b’modi mhux konvenzjonali, billi jiddistakka ruħu mill-isterjotipi.

Bijografija miktuba minn Stephanie Xerri Agius u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Għażiż Ġismi

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

"All Roads Lead to Rome"

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Ruth WardImmanuel Mifsud
Editjar
Khairani Barokka
Pubblikazzjoni
Modern Poetry in Translation

"Il-Ġurnalista: l-istorja ta’ Daphne Caruana Galizia"

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Immanuel Mifsud
Illustrazzjoni
Gattaldo
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Qabel il-Klabb

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Jien Noti Jien: Ħsejjes u Stejjer

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Juta Hajm, një grua e panjohur në Berlin

Proża
Albaniż
Kitba
Traduzzjoni
Elisa IvanajAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Ombra GVG, l-Albanija

مرّوا من هنا

Għaddew minn hawn
Poeżija
Għarbi
Kitba
Traduzzjoni
Murad Shubert
Pubblikazzjoni
Bait Elyasmin, l-Eġittu

درت حول الأرض

Jien dort id-dinja
Proża
Għarbi
Kitba
Traduzzjoni
Walid Nabhan
Pubblikazzjoni
Masr El Arabia, l-Eġittu

Necunoscuta din Berlinul de Est

Proża
Rumen
Kitba
Traduzzjoni
Ioana VăcărescuAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Nemira, ir-Rumanija

Madwar Sagħtejn u Nofs 'il Bogħod mill-Ġenna

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

L-Aqwa Żmien

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Wara Settembru

Poeżija
Sloven
Editjar
Immanuel MifsudPeter Semolič
Pubblikazzjoni
Antologie Vilenice, is-Slovenja

Jutta Heim

Proża
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Peter SemoličVera PejovičAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Cankarjeva Založba, is-Slovenja

Daqsxejn ta' Requiem lil Leli

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Juta Hajm

Proża
Serb
Kitba
Traduzzjoni
Milan DobričićAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Treći Trg, is-Serbja

جوته هايم

Proża
Għarbi
Kitba
Pubblikazzjoni
Masr el Arabia, l-Eġittu

20 poeżija / 20 poems

fi “Transkrit: 08”
Poeżija
Kitba
Traduzzjoni
Nadia Mifsud
Pubblikazzjoni
Centre Culturel Kulturfabrik, il-Lussemburgu

Ħuta

Poeżija
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta
Xogħlijiet marbuta

Riba

Poeżija
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Peter SemoličVera PejovičRuth Ward
Pubblikazzjoni
Hiša Poezije, is-Slovenja

Ψάρι

Psári
Poeżija
Grieg
Kitba
Traduzzjoni
Stergia KavvalouRuth Ward
Pubblikazzjoni
Vakxikon, il-Ġreċja

Riba

Poeżija
Serb
Kitba
Traduzzjoni
Milan DobričićRuth Ward
Pubblikazzjoni
Treći Trg, is-Serbja

Скопски блуз и други песни од Македонија

Skopje Blues & Other Poems from Macedonia
Poeżija
Maċedonjan
Kitba
Traduzzjoni
Elena PrendzovaRuth Ward
Pubblikazzjoni
Academia, il-Maċedonja ta' Fuq

Lampedusa

Kitba
Traduzzjoni
Immanuel Mifsud
Direzzjoni
Herman Grech
Produzzjoni
Unifaun Theatre

Fid-Dlam tal-Lejl Ħarisna

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Faith, Hope u Charity

Skritt tat-teatru
Ingliż
Kitba
Direzzjoni
Josette Ciappara
Produzzjoni
Staġun Teatru Malti

Il-Kappillan ta' Malta

Traduzzjoni u addattament
Malti
Kitba
Direzzjoni
Peter Busuttil
Produzzjoni
Staġun Teatru Malti & Malta International Arts Festival

Jutta Heim

Proża
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Ħrejjef mill-Polonja

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Roxanne Gatt
Pubblikazzjoni
Klaklamin, Malta

Don Juan

Kitba
Traduzzjoni
Immanuel Mifsud
Direzzjoni
Chris Gatt
Produzzjoni
Valletta International Baroque Festival

Penelopi Tistenna

Poeżija
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta
Xogħlijiet marbuta

Penelopa Čeka

Poeżija
Serb
Kitba
Traduzzjoni
Milan DobričićMaria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Treći Trg, is-Serbja

The Play of Waves

Il-logħob tal-mewġ
Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maurice RiordanMaria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Arc Publications, ir-Renju Unit

Prgišče Listja

Poeżija
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Peter SemoličVera Pejović
Pubblikazzjoni
IRIU Institute f'Ljubljana, is-Slovenja

Ħrejjef mir-Repubblika Ċeka

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Roxanne Gatt
Pubblikazzjoni
Klaklamin, Malta

Ħrejjef mis-Slovakkja

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Roxanne Gatt
Pubblikazzjoni
Klaklamin, Malta

Oswecim

f'“The Auschwitz Poems”
Poeżija
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Editjar
Adam A. Zych
Pubblikazzjoni
Oswecim: Auschwitz-Birkenau State Museum, il-Polonja

Bateau Noir

Poeżija
Malti
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Nadia MifsudCatherine Camilleri
Pubblikazzjoni
Edizzjonijiet Emma Delezio, Malta

Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben)

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Letterarju Ewropew
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta
Xogħlijiet marbuta

U ime oca (i sina)

Proża
Kroat
Kitba
Traduzzjoni
Marko KovačićAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Fraktura, il-Kroazja

باسم الأب والابن

Proża
Għarbi
Kitba
Pubblikazzjoni
Masr el Arabia, l-Eġittu

В името на Отца (и Сина)

Proża
Bulgaru
Kitba
Traduzzjoni
Aziz Shakir-Tash
Pubblikazzjoni
Paradox, il-Bulgarija

In the Name of the Father (and of the Son)

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Parthian Books, ir-Renju Unit

Ve jménu Otce (i Syna)

Proża
Ċek
Kitba
Traduzzjoni
Barbora LyčkováAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Větrné mlýny, ir-Repubblika Ċeka

Në emër të Atit (e të Birit)

Proża
Albaniż
Kitba
Traduzzjoni
Sadedin LimaniAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Fan Noli, l-Albanija

U ime oca (i sina)

Proża
Serb
Kitba
Traduzzjoni
Igor CvijanovićAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Kontrast, is-Serbja

Je t'ai vu pleurer

Proża
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Nadia Mifsud
Pubblikazzjoni
Gallimard, Franza

Во името на отецот (и на синот)

Proża
Maċedonjan
Kitba
Traduzzjoni
Vladimir JankovskiAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Goten, il-Maċedonja

În numele Tatălui (și al Fiului)

Proża
Rumen
Kitba
Traduzzjoni
Denisa DuranAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Polirom, ir-Rumanija

Orqod, qalbi, orqod

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Greta Borg Carbott
Pubblikazzjoni
Klaklamin, Malta

Riħ min-Nofsinhar

Poeżija
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Stejjer li ma Kellhomx Jinkitbu

Proża
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta
Xogħlijiet marbuta

Four days

fi "Transcript 38"
Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Transcript, Wales

Tibża' xejn jekk tibda x-xita

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Poland Pictures

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Happy Weekend

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Rosemary CaruanaMary DarmaninAlbert GattMaria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta
Xogħlijiet marbuta

Fundjavë e lumtur

Proża
Maċedonjan
Kitba
Traduzzjoni
Florija NeziriRosemary CaruanaMary DarmaninAlbert GattMaria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Shkupi, il-Maċedonja

Kimika

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Confidential Reports

Rapporti Kunfidenzjali
Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maurice RiordanAdrian Grima
Pubblikazzjoni
Southword Editions, l-Irlanda
Xogħlijiet marbuta

Rapoarte confidențiale

Poeżija
Rumen
Kitba
Traduzzjoni
Denisa Duran
Pubblikazzjoni
Casa de Editură Max Blecher, ir-Rumanija

km

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Stejjer li Kibru Fl-Art

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Greta Borg Carbott
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Minima Publishers, Malta

Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Il-Ktieb tal-Maħbubin Midruba

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Fid-Dar ta' Clara

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Il-Ktieb tas-Sibt Filgħaxija

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Stejjer ta' Nies Koroh

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies