GioeleGalea

1.

Bijografija

Gioele Galea twieled fl-1965, u daħal fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, ir-Rabat, meta kellu 23 sena. Seba’ snin wara kellu jħalli Malta għall-ħajja monastika, fejn għex fl-eremitaġġ fl-Italja, u għal perjodu iqsar ta’ żmien, fl-Istati Uniti tal-Amerka.

Mur fil-biblijografija

L-esperjenza tiegħu fl-eremitaġġ ta’ San Ġilormu f’Pascelupo ffurmat il-bażi għad-debutt tiegħu fil-proża – id-djarju Tħabbat, Xtaqtek (Horizons, 2017). Ispirat minn nota li ħalla xi ħadd li żar il-monasteru, il-ktieb fih serje ta’ siltiet riflessivi, bħal aforiżmi, li jinfdu d-dilemmi interni tan-narratur, hu u janalizza l-esperjenza unika tiegħu fil-monasteru fil-konfront tal-ħjilijiet tad-dinja ta’ barra li jittawlu minn żmien għal żmien, u li joffru għarfien spiritwali ħieles mill-proklamazzjoni dommatika. Tħabbat, Xtaqtek ġie ppubblikat biss minħabba l-insistenza ta’ ħabib tal-awtur f’Malta snin wara li nkiteb bħala djarju, u huwa kemm ċar daqs il-kristall fil-konċiżjoni lingwistika tiegħu, kif ukoll awtentiku fl-espressjoni tal-estasi u l-ħsus qawwija li jimmarkaw ħajja ddedikata lill-kontemplazzjoni tal-misteru divin.

Il-kitba ta’ Galea hija, fil-fatt, marbuta direttament mas-sejħa spiritwali tiegħu. Hu beda jikteb fl-età ta’ 17, eżattament wara l-esperjenza li wasslet għall-konverżjoni spiritwali tiegħu. Kien jesprimi ruħu fil-versi, u l-esplorazzjonijiet tiegħu tal-poeżija Maltija huma mmarkati mill-influwenza ta’ tliet persuni ewlenin. Ġorġ Borg għallmu l-valur tal-konċiżjoni, karatteristika li Galea jassoċja mal-abbiltà li taqbad l-‘essenza’ tal-affarijiet: ossessjoni li għandu li jammettiha hu stess, kemm fil-poeżija, kif ukoll fil-proża. Mingħand Marjanu Vella, Galea tgħallem il-possibbiltà li kliem il-poeta jesplora l-mistiku. Imma aktar minn dawn kollha hemm Mario Azzopardi, li Galea ltaqa’ ma’ xogħlu għall-ewwel darba bħala student l-iskola, u li miegħu kellu eventwalment jifforma ħbiberija li għadha ħajja sal-lum. Fil-poeżija ta’ Azzopardi, Galea jara tiftixa għall-Assolut li tmur lil hinn mill-immaġni pubblika ta’ Azzopardi bħala poeta tar-rewwixta u r-ribelljoni, minħabba l-assoċjazzjoni tiegħu mal-Moviment Qawmien Letterarju u l-promozzjoni tal-kultura kollha marbuta ma’ dan il-grupp notevoli tas-60ijiet.

Wara li ppubblika għadd ta’ antoloġiji tal-poeżija, fl-2020 Galea ħareġ In-Nar għandu Isem – noti minn paġna intima (Horizons): ktieb ieħor ta’ proża wara Tħabbat, Xtaqtek. Huwa jemmen li x-xena letterarja Maltija ta’ bħalissa tpoġġi l-enfasi li hemm bżonn fuq ir-reviżjoni u t-tiġdid, li hu jqis bħala l-ogħla għan tal-letteratura.

Bijografija miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Two poems

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Abigail Adrelle Zammit
Editjar
Khairani Barokka
Pubblikazzjoni
Modern Poetry in Translation

In-Nar għandu Isem: noti minn paġna intima

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Għera

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Tħabbat Xtaqtek: djarju mill-eremitaġġ

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Half Spine, Half Wild Flower

Nofsi Spina, Nofsi Fjur Selvaġġ
Poeżija
Ingliż
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Gioele Galea
Pubblikazzjoni
L-Awturi

Mal-Waqgħa tal-Weraq

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Abigail Ardelle Zammit
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Bla qiegħ: poeżija mit-trab

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Dija

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Istitut Karmelitan, Malta

Dmija fuq il-Borra

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

O Għatx Imkebbes Fjamma: lirika mill-eremitaġġ

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Ifrixli Ħdanek Beraħ

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Palprint, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies