Dun KarmPsaila

1.

Bijografija

Dun Karm Psaila jitqies minn ħafna bħala l-aktar poeta Romantiku Malti prominenti. Imwieled fir-raħal żgħir ta’ Ħaż-Żebbuġ fit-18 t’Ottubru tal-1871, huwa attenda s-Seminarju tal-Arċisqof u mbagħad studja l-filosofija u t-teoloġija fl-Università ta’ Malta. Fl-1894 ġie ordnat saċerdot, u mbagħad beda jgħallem is-Seminarju. Dun Karm kien strumentali għall-iżvilupp u r-rikonoxximent tal-Malti bħala lingwa uffiċjali.

Mur fil-biblijografija

Fil-bidu tal-karriera tiegħu bħala kittieb, Psaila kien jikteb bit-Taljan. Dan kien pjuttost komuni dak iż-żmien, għax Malta kienet ilha żmien twil b’rabtiet kulturali mal-Italja. L-ewwel xogħol li ppubblika, Foglie d’Alloro (1896), kien ġabra ta’ poeżiji bit-Taljan. Dam diversi snin biex beda jikteb bil-Malti. Fid-daħla qasira tiegħu għal L’euuel uard jeu gemgħa ta’ poezijiet li ctibt bi lsien taghna (1914), l-ewwel ġabra ta’ poeżiji li ppubblika bil-Malti, Psaila jikteb li qabel qatt ma ħaseb li se jikteb bil-Malti, għax għalkemm twieled b’sensibbiltà poetika, ma setax jimmaġina lilu nnifsu jesprimi ħsibijietu bl-ilsien nattiv tiegħu.

Dan it-tħassib kien marbut mad-dibattitu lingwistiku qalil li kien għaddej fost il-ħassieba Maltin ta’ dak iż-żmien, li argumentaw fuq l-għażla ta’ lingwa uffiċjali għal Malta: l-Ingliż, peress li l-Maltin kienu maħkumin mill-Ingliżi; it-Taljan, minħabba r-rabtiet storiċi; jew il-Malti, l-ilsien endemiku tal-gżira. Li wieħed jagħżel lingwa minflok oħra kellu implikazzjonijiet politiċi, soċjali u kulturali kbar, u kien fl-isfond ta’ dan kollu li Psaila beda jikteb bil-Malti.

Għalkemm biddel il-lingwa, il-perspettiva ta’ Psaila baqgħet imsejsa fir-Romantiċiżmu Taljan, u possibbilment kienet ispirata mill-etika soċjopolitika tal-moviment biex isemma’ l-aspirazzjonijiet kollettivi Maltin. Huwa rriċerka l-Istorja tal-gżira u kiteb fuq avvenimenti ewlenin u persunaġġi importanti sabiex jistabbilixxi identità nazzjonali. Fil-poeżija “Il-Għanja tar-Rebħa”, Psaila jsemmi l-ġlied imdemmi tal-Assedju l-Kbir meta Malta ġiet attakkata mill-Imperu Ottoman. Il-lingwa li juża hija waħda rikka u x-xbihat huma miktubin b’tali mod li jispikkaw, apposta, sabiex iwassal ir-ruħ qalbenija u ġusta tal-Maltin.

Madankollu, ix-xogħlijiet ta’ Psaila jinkludu wkoll ħafna poeżiji li jirrakkontaw vjaġġ intimu intern ta’ solitudni kbira. Din is-solitudni saret il-kumpann kostanti tiegħu wara l-mewt tal-għażiża ommu. Fil-poeżija “Waħdi” Psaila jġedded il-memorji ta’ żgħożitu, żmien ta’ innoċenza, nieqes mill-inkwiet li kien jgħix fih fil-preżent. Iżda l-memorji tal-omm li tilef iġibulu emozzjonijiet ta’ solitudni kbira li jqarrbuh lejn kriżi eżistenzjali.

Din is-solitudni hija l-qalba tax-xogħol kbir tiegħu “Il-Jien u lil hinn Minnu”, poema li fiha Psaila jiġuh id-dubji fuq l-esperjenza spiritwali tiegħu, hu u jipprova jaċċetta lil Alla sieket, li s-skiet tiegħu huwa t-test aħħari tal-fidi tal-bnedmin.

Miktuba minn Noel Tanti u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Reġa’ sebaħ: siltiet minn poeżiji ta' Dun Karm f'għeluq il-50 sena minn mewtu

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, ix-Xogħol u l-Familja, u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Malta

Le poesie italiane

Poeżija
Taljan
Kitba
Editjar
Oliver Friggieri
Pubblikazzjoni
Malta University Press, Malta

L-ittri ta’ Dun Karm lil Karmen Mikallef Buhaġar

Proża
Malti
Editjar
Oliver Friggieri
Pubblikazzjoni
PEG Ltd., Malta

Il-Jien u lil hinn Minnu

Poeżija
Malti
Kitba
Editjar
Oliver Friggieri
Pubblikazzjoni
T. Cortis, Malta

Dun Karm: Il-Poeżija Miġbura

Poeżija
Malti
Kitba
Editjar
Oliver Friggieri
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin u Karmen Mikallef Buhaġar, Malta

Dun Karm: Poet of Malta

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
A.J. Arberry
Pubblikazzjoni
Cambridge University Press, ir-Renju Unit

Liriche

Poeżija
Kitba
Editjar
Giovanni Curmi
Pubblikazzjoni
A. C. Aquilina, Malta

Antoloġija: mit-tliet kotba tal-għana

Poeżija
Malti
Editjar
Ġużè Aquilina
Pubblikazzjoni
A.C. Aquilina, Malta

Ġabra ta’ poeżiji fi tliet volumi

Poeżija
Malti
Kitba
Editjar
Ġużè Bonnici
Pubblikazzjoni
Ġużè Bonnici, Malta

Il-Jien u lil hinn minnu: għanja tal-moħħ, tal-qalb u tar-ruħ

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur
Xogħlijiet marbuta

La ‘Mio’ Kaj Lia Pretero

Poeżija
Taljan
Traduzzjoni
Carmel Mallia
Pubblikazzjoni
L-Awtur

?

Poeżija
Kitba
Traduzzjoni
Laurent Ropa
Pubblikazzjoni
Melita, it-Tuneżija

L-oqbra

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Stamperija tal-Gvern, Malta

Żewġ Anġli: Ineż u Emilja

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

In-Nawfraġju jew Ħmistax-il Warda li Fetħu fuq ix-Xtajta fejn Rifes San Pawl

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
The Empire Press, Malta

Il-Musbieħ tal-Mużew

Poeżija
Kitba
Pubblikazzjoni
The Empire Press, Malta
Xogħlijiet marbuta

La Pralampo en La Muzeo

Poeżija
Kitba
Traduzzjoni
Carmel Mallia
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Ward ieħor jew ġabra oħra ta’ poeżijiet bil-Malti

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Pubblikazzjoni:

L’euuel uard jeu ġemgħa ta’ poeżijiet li ctibt bi lsien taghna as part of the series Mogħdija taż-żmien

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Alfons Maria Galea

Versi

Poeżija
Malti
Kitba

Foglie d’alloro

Poeżija
Taljan
Kitba
Pubblikazzjoni
A. Farrugia, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies