AudreyFriggieri

1.

Bijografija

Audrey Friggieri hija edukatriċi u kittieba li tapprezza u ssib is-sbuħija fis-sagralità tal-immaġinarju. Ħadmet fis-settur edukattiv għal aktar minn tletin sena, u dejjem tfittex modi ġodda u possibbilment nebbiexa biex trawwem l-immaġinazzjoni tat-tfal. Friggieri tikkontribwixxi regolarment fir-rivista Sagħtar, kif ukoll f’diversi gazzetti kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti fuq temi ta’ natura soċjali, partikolarment dwar il-ġeneru, il-vjolenza abbażi ta’ sess, l-edukazzjoni, u ż-żgħażagħ.

Mur fil-biblijografija

Friggieri twieldet Ħal Luqa fl-1968. Kisbet Baċċellerat tal-Arti fl-Edukazzjoni fl-1991, Maġisteru fl-Edukazzjoni fl-2005, u segwiet dawn permezz ta’ riċerka aktar profonda fl-Istudji taż-Żgħażagħ tant li fl-2023 kisbet dottorat f’dan il-qasam. Bħala parti mill-iżvilupp professjonali tagħha studjat ukoll il-Psikoterapija Sistemika Familjali u hija lettriċi tas-Soċjoloġija fi ħdan il-Fakultà tal-Benesseri Soċjali tal-Università ta’ Malta. Bejn l-2020 u l-2023 Friggieri ġiet afdata bl-irwol ta’ Kummissarju għall-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru f’Malta. F’dan l-irwol hija użat l-esperjenza u l-għarfien tagħha biex tqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet tan-nisa, it-tfajliet u l-bniet, is-saħħa familjali u l-vittimizzazzjoni tat-tfal f’ambjenti domestiċi tossiċi.


Friggieri tħoss li l-kitba mhix passatemp imma preokkupazzjoni dwar il-ħajja. Hija interessata li tipperċepixxi l-familjari permezz ta’ modi li mhumiex familjari, u fl-interrogazzjoni ta’ dak li hu kkunsidrat ordinarju b’mod li jsir straordinarju. L-ewwel xogħol tagħha għat-tfal ġie ppubblikat fl-2013, u permezz tiegħu introduċiet lill-pubbliku l-karattru oriġinali ta’ Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini – għalliema eċċentrika b’poteri superumani li tieħu lill-istudenti tagħha f’avventuri fantastiċi ’l bogħod mill-klassi tradizzjonali, ħalli jitgħallmu billi jesperjenzaw sitwazzjonijiet differenti li jisfidawhom biex joħorġu minn qoxrithom u jużaw l-abbiltajiet ġewwinija tagħhom. Minn dak iż-żmien ’l hawn ippubblikat erba’ kotba oħra f’din is-serje.


Għal Friggieri, il-kotba għall-adulti tagħha huma fost l-aktar xogħlijiet importanti tagħha. Minn dawn, L-Iskjav ta’ Isabel (2019), intgħażel għall-lista finali tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u jittratta t-traġedja u l-kummiedja ta’ meta tħobb lil xi ħadd li la jista’ jħobbok lura u daqstant ieħor jaf qatt mhu se jirritorna l-imħabba tiegħu lejk. L-Istorja li Rrakkuntat Nina (2016) u Tangerine Glow (2017) huma ġrajjiet mimlija tama, disprament, u fl-aħħar mill-aħħar ta’ misteru, kif wara kollox huma l-imħabba u l-ħajja.


Bħalissa Friggieri qed tesperimenta bi ġrajja għall-adolexxenti, li tindirizza r-realtajiet klawstrofobiċi u paralizzanti ta’ kif is-soċjetà toħloq kxaxen biex in-nies jidħlu fihom, u kif permezz ta’ dawn il-kxaxen u l-mixja kontinwa wara l-aħħar tlellix tas-soċjetà fl-aħħar mill-aħħar imewtu dak li neħtieġu l-aktar biex ngħixu ħajja li tissodisfana. X’inhu dak li se jgħinna biex insibu lilna nfusna? Friggieri tisħaq li la għandna nidħlu u lanqas għandna nħallu min idaħħalna fi kxaxen mingħajr reżistenza!


Bijografija miktuba minn Ruth Bezzina u maqluba għall-Malti minn Jean Paul Borg

2.

Biblijografija

Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini u s-saħħaretti mill-pjaneta Rumbrurki

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
José Luís Ocaña
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Karolina, Ferdi u s-Saħħar il-Ħażin

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Kyle Xuereb Cunningham
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Ana u Zak Isalvaw il-Pjaneta!

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Vincianne Scerri
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Tangerine Glow

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Ruby u l-Kaxxa bil-Buttuni

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Qabża f’Dinja Oħra mill-Klassi ta’ Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
José Luís Ocaña
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Karlu l-Fatat Imqareb u Antonin l-Iżveljarin

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Illustrazzjoni
Marisa Attard
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

L-Istorja li Rrakkuntat Nina

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Stejjer ma Jitwemmnux mill-Klassi ta’ Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Ġorġ l-Arloġġ

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
José Luís Ocaña
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

L-Iskjav ta' Isabel

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Avventuri mill-klassi ta’ Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Enya l-Aljena … Reġina b’Kumbinazzjoni!

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Romont Willy
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies